Afleveringen
-
Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom impatt kbir fuq il-ħajja lokali. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa l-korp li jiżgura li r-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni Ewropea jkollhom vuċi fid-deċiżjonijiet tal-Unjoni. Ejja nitgħallmu kif il-Kumitat iqarreb lin-nies tal-Unjoni Ewropea lejn it-tfassil tal-politika tagħha.
-
L-Ewropa tospita tliet kunsilli ewlenin b’funzjonijiet importanti ħafna. Dawn huma l-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa. Għalkemm l-ismijiet tagħhom jidhru simili, ir-rwoli tagħhom huma differenti ħafna. Ejja nsiru nafu aktar dwar kull wieħed minn dawn il-kunsilli u kif tiddistingwihom minn xulxin f’dan il-podcast.
-
Zijn er afleveringen die ontbreken?
-
X’inhi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u għaliex hija importanti għall-ħajja tiegħek ta’ kuljum? F’dan l-episodju, se niskopru kif il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu applikati b’mod ġust u ugwali fl-Istati Membri kollha, mill-aktar deċiżjonijiet importanti li tagħti sar-rwol tagħha fid-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini.
-
L-Irlandiż, il-Malti, l-Estonjan, il-Latvjan, is-Sloven u l-Litwan huma l-lingwi uffiċjali tal-UE u kull waħda minn dawn il-lingwi hija mitkellma minn inqas minn sitt miljun persuna. Madankollu, biex iżżomm mal-motto tagħha, “Magħquda fid-Diversità”, l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tgħin lil dawn il-lingwi jissaħħu. Minn programmi edukattivi għal inizjattivi kulturali, l-UE għandha ħafna għodod innovattivi biex tappoġġja u tiċċelebra l-lingwi inqas mitkellma tagħha.
-
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tinbidel kull sitt xhur minn Stat Membru għal ieħor. B’hekk, kull pajjiż ikollu perjodu li fih imexxi l-Kunsill u jkun jista’ jsawwar l-aġenda tal-Unjoni Ewropea għal dak il-perjodu. Iżda xi jfisser li jkollok il-presidenza u għaliex timxi b’rotazzjoni?
-
Direttiva hija att legali li jistabbilixxi għan li jridu jilħqu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa f’idejn il-pajjiżi individwali biex jadattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom ħalli jilħqu dak l-għan. F’dan il-podcast, se nesploraw x’inhuma d-direttivi u kif dawn isibu ruħhom fil-liġi nazzjonali.
-
Trattat tal-UE huwa ftehim legalment vinkolanti bejn il-pajjiżi kollha tal-UE. Dawn it-trattati jistabbilixxu r-regoli tal-UE – kif taħdem, x’tista’ u x’ma tistax tagħmel u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-ewwel pass importanti sar fl-1957 bit-Trattat ta’ Ruma. Dan it-trattat stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea, li kellha l-għan li toħloq rabtiet aktar mill-qrib bejn l-ekonomiji Ewropej u tneħħi l-ostakli għall-kummerċ. Kienet għadha ma nħolqitx l-UE kif nafuha llum, iżda dan it-trattat poġġa l-pedamenti għaliha. Fl-2007 kien hemm it-Trattat ta’ Liżbona, l-aktar aġġornament reċenti tal-UE.
-
Qatt smajt bil-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment? Taf x’jagħmlu? Xi ngħidu dwar ix-xebh u d-differenzi bejniethom? F’dan il-podcast, se nesploraw iż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin tal-Unjoni Ewropea u nagħtu ħarsa lejn l-għanijiet kondiviżi tagħhom u l-karatteristiċi distinti tagħhom.
-
L-Artikolu 7 huwa għodda legali li tfasslet biex tipproteġi l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu hu minqux fit-Trattat u jippermetti lill-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni f’każ li Stat Membru jwettaq ksur serju jew ikun f’riskju li jwettaq ksur serju ta' dawn il-valuri ewlenin.
-
X’inhu r-rwol tal-Ombudsman Ewropew? F’liema każijiet huwa rilevanti u x’rabta għandu mal-Parlament Ewropew? L-Ombudsman Ewropew huwa korp indipendenti u imparzjali li jassisti lill-persuni, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet li jiltaqgħu ma’ problemi bl-amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan il-korp għandu rwol essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ewropea.
-
Permezz tal-metafora tal-linji ferrovjarji, il-ferroviji u l-vaguni, is-sit tat-Tren Leġiżlattiv jippermetti lill-utenti jiġifieri l-Membri, il-persunal tal-Parlament u l-pubbliku ġenerali – isegwu l-evoluzzjoni tal-fajls leġiżlattivi matul il-leġiżlaturi attwali u preċedenti tal-Parlament Ewropew.
-
Id-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma gruppi uffiċjali ta’ Membri tal-PE li għandhom l-għan li jiżviluppaw relazzjonijiet mal-parlamenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll ma’ reġjuni jew organizzazzjonijiet terzi. Dawn id-delegazzjonijiet iżommu l-kuntatti internazzjonali tal-Parlament, jiżviluppawhom u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni Ewropea u l-viżibbiltà tagħha madwar id-dinja.
-
Li tkun Membru tal-Parlament Ewropew ma jfissirx biss li tivvota u tieħu sehem fid-dibattiti waqt is-sessjoni plenarja. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu responsabbli għat-tfassil ta’ rapport li jirrappreżenta l-opinjoni tal-Parlament dwar proposta jew dwar kwalunkwe suġġett ieħor: dan huwa r-rwol tar-rapporteur.
-
Il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali flimkien jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni. Din il-kooperazzjoni tieħu ħafna forom. Ejjew nagħtu ħarsa ġenerali qasira lejha f’dan il-podcast.
-
Minbarra li jattendu għas-sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-PE jagħmlu parti mill-kumitati parlamentari. Dawn il-kumitati huma numerużi u kull wieħed minnhom huwa speċjalizzat f’suġġett. Imma kif jaħdmu?
-
Ladarba jiġu eletti, il-Membri tal-PE jistgħu jassumu diversi rwoli. Jistgħu jservu bħala l-President jew bħala Viċi President tal-Parlament Ewropew, jidħlu f’kumitati, jew saħansitra jsiru osservaturi. Minkejja li hija pożizzjoni li nisimgħu inqas dwarha, ir-rwol ta’ osservatur xorta huwa rwol importanti daqs l-oħrajn fi ħdan il-Parlament.
F’dan l-episodju, se nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn xi jfisser li tkun osservatur sabiex nifhmu aħjar min jista’ jsir osservatur, x’inhuma d-dmirijiet tiegħu u kif jopera. -
Meta naħsbu fil-Parlament Ewropew, ħafna drabi nimmaġinaw lill-Membri jivvutaw fl-Emiċiklu. Fil-verità, dawn il-votazzjonijiet isiru biss darba f’xahar, waqt is-sessjoni plenarja. Imma fiex jikkonsistu dawn is-sessjonijiet plenarji, u kif isiru?
-
Qatt smajt bil-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew?
Mit-titlu tal-kariga tagħhom, jidher biċ-ċar li huma għandhom rwol kruċjali fil-Parlament u li huma personalitajiet politiċi importanti.
Imma taf x’jagħmlu eżattament il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew, min huma u kif jiġu eletti? -
Ħallina mill-Kliem Tqil. X’tagħmel il-President tal-Parlament Ewropew?
- Laat meer zien