Afleveringen
-
L-isfidi prezenti biex nibcdew família qed jimpattaw is-sahha mentali iktar minn qabel??
l-gharfien fuq dan is-suggett qatt mhu bizzejjed. Podcast bhal dan jghin lil-min ghaddej minn zmien difficli wara li waslet tarbija biex isib l-ghajnuna. Meta tasal tarbija huwa zmien sabih imma jaf ikun zmien difficli specjalment jekk ma hemmx hin ghal mistrieh, jekk ma hemmx ghajnuna. Ghalhekk importanti li jekk naraw lil xi hadd igib ruhu mhux soltu nitolbu l-ghajnuna u nistghu nghinu billi narqsmu dan il-podcast lil min ghandu bzonn -
kif ha nikkontrollaw il-hin tal-loghob virtwali?
Din id-darba nitkellmu fuq il-loghob virtwali. Ghalkemm il-loghob virtwali jaf jghinu f’certu affarijiet bhal ‘hand eye co-ordination’, koncentrazzjoni u affarijiet ohra, xorta nibqghu nghidu kemm hu importanti li ikun hemm bilanc. Kayne jghina nifhmu uroll kif ma nidhlux fic-cirku feint incedu lit-tfal jixtru il-loghob online bir-riskju li insibu kont li ma stennejniex. -
Zijn er afleveringen die ontbreken?
-
Kif ha nheggu lit-tfal taghna jitkellmu maghna?
Nathalie Grima minn FSWS tkellimna fuq x’jigri jekk ikun hemm Trawma fit-tfulija li ma tigix trattata. Dan il -podcast hu gwida cara anke biex nitghallmu iktar dwarna. Trawma tfisser xi haga differenti ghal kulhadd. Mhux kulhadd jaffaccja l-isfidi bl-istess mod. Nitkellmu ukoll kemm hu importanti li jekk nafu li it-tfal taghna ghaddew minn xi tip ta trawma infittxu l-ghajnuna. -
Issa iktar nista nibni dak li dejjem hlomt li naghmel!
Dr Christian Camilleri dejjem kien ambizzjuz. Jghidilna kemm il-genituri tieghu dejjem imbuttawh u tawh il-fiducja minkejja id-diffikultajiet fizici. Ambizzjuz u ihobb jistudja u ghandu hafna holm li jixtieq iwettaq. Issa bl-ghajnuna ta Agenzija Sapport jista iwettaq iktar dak li dejjem xtaq. Dan il-podcast huwa ta tama kbira ghal hafna -
Jien dejjem ghidt 'ghaliex mhux jien'?
Charmaine Friggieri il-mama ta’ Kate tirrakkontalna fuq it-tqala, it-twelid u it trobbija ta’ Kate. Mill bidu Charmaine indunat li li hemm xi haga li qed thassibha. Tghidilna kif l-affarijiet ma marrux kif kulhadd ikun holom, meta kun gejja tarbija, imma tirrakkontalna kif hi flimkien ma zewgha jghixu biex jaraw lil-Kate taghmel affarijiet semplici. Dejjem iridu flus kbar izda qatt ma jaqtghu qalbhom biex jaghtu lil Kate kull tama possibbli biex tghix hajja ahjar. -
Kelli insib mod kif nippjana ahjar?
Nakita Attard Vassallo hija omm li taqsam hafna mill-esperjenzi taghha online. Hi studjat u stharget kif tissimplifika il hajja tad-dar biex tkun tista tlahhaq iktar max-xoghol u it-tfal. Dak li tghallmet taqsmu ma haddiehor. Nakita esperta fuq l-ikel - fuq il-‘batch cooking’, fuq kif nisbarazzaw u inqassmu kollox ahjar biex innaqqsu ix-xoghol zejjed. -
Ghalfejn hazin naghtu tablet lit-tfal qabel ma jaghalqu sentejn?
Ma Kayne inkomplu nidhlu fid-dettall tar-realta li qed nghixu mat-teknologija. Hija xi haga li qeghda f’mohhna u fl-istess hin inhossuna li ahna ‘addicts; ghat-teknologija. X’ser naghmlu biex nghixu ahjar u it-teknologija nuzawha ghal gwadann taghna? -
Ix-xewqa tieghi hi li nghix wahdi.
Fil- podcast li gej ghandna storja sabiha immens. Alison hija service user ma l’Agenzija Sapport u giet fil-podcast taghna biex tghidilna kemm l-Agenzija qed tghina tikseb il-fiducja fiha infisha u ghalkemm ghanda disabilita mhux ha zzomm lura milli tikseb dak li tixtieq - li tmur tghix ghal rasha. Dan il-Podcast ser jaghti hafna tama lil dawk il-genituri li jinkwetaw ghat-tfal taghhom li ghandhom xi sfidi fizici jew intelletwali -
Nistghu nghallmu lit-trabi taghna jorqdu?
l-irqad huwa wahda mill-iktar fazijiet difficli meta tigi tarbija gdida. B’nuqqas ta’ irqad kulhadd ikun ghajjien u fl-ewwel ftit jiem sakemm kulhadd isib sistema gdida jaf ikun zmien ftit iebes. Daniela tfehemna ghalfejn jinibidel îl-lejl mân-nhar u x nistghu naghmlu biex nghallmu li-tfal jorqdu. -
Ghalfejn it tfal taghna jinbidlu daqshekk fl adoloxxenza?
Ma Maureen Farrugia mill-FSWS nitkellmu ghalfejn ma nibqghux ngharfu lit-tfal taghna meta jibdew jikbru? Huwa zmien difficli ghalina ghaliex l-imgieba taghhom tinbidel. Is-sigriet huwa li nipprovaw nifhmu minn xhiex qed jghaddu u hekk naghmlu ma Maureen. Tfehemna iktar fuq l-emozzjonijiet taghhom u kif ha nghinuhom jibqghu fit-triq it-tajba -
Ma Dr Alexandra nitkellmu fuq il-process ta ‘ kif nintroducu l-ikel lit-t trabi taghna. Huwa zmien delikat li jista joholqilna ftit ansjeta imma Dr Alexandra tmexxina pass pass ta kif nistghu nibdew inderru lit-tfal taghna jieklu bl-iktar mod san.
-
Wasal iz-zmien li naqsam l-esperjenza tieghi ma’l-Awtizmu ma’ genituri ohra.
Dr Olivia Galea Seychell omm ta’ Beppe guvni bl-awtizmu. L-istorja taghhom hija sabiha wisq. F’dan il podcast tirrakkontalna mill bidu sa meta sabu mod kif Beppe jikkomunika dak li kien qed jahseb u kif spicca jikteb il-kotba. L-esperjenzi taghhom meta isiefru, l-mhabba kbira li ghandu Beppe ghal moda u kif ikkonvinca lill ommu tikteb ktieb halli ommijiet li ser jghadku mill-istess jifhmu iktar. -
L-ikbar biza tieghi hija dejjem la nitlaq jien x’ser jigri minnha?
Intervista sabiha immens ma RitaTaliana omm ta’ tfajla b’dizabbilita li gharfet il-potenzjal tat-tifla taghha u qed thalliha titghallem biex tkun indipendenti kemm jista ikun. Nitkellmu ukoll ma Anthea Sammut li tahdem ma persuni b’disabbilita biex tghinhom jiksbu hajja indipendenti. Tkellimna fuq kif jitghallmu u spjegatli pass pass x’ isir biex kull persuna tikseb il-fiducja fiha infisha biex taghmel affarijiet bhal tasal minn post ghall iehor wahedha, tipprepara l- ikel, tqassam il flus li taqla minn xoghol li tkun ghamlet u hafna iktar. -
Kif tinbidel meta ikollok responsabbilta ta’ tarbija?
Chris Ellul Desira sar missier ftit tax-xhur ilu u maghna jaqsam l-emozzjonijiet li ghadda minnhom meta sar jaf li qed jistenna lit-tifla tieghu, it twelid, imbaghad jirrakkontalna dwar kif inbidlet hajtu u kif inbidel hu bhala persuna. Dan huwa podcast li ser jghin lil hafna missirijiet ghaliex huma il-hsebijiet, ferh, bizghat u dubji li jghaddu minn ohh kull mohh ta genitur. Jghidilna ukoll kif jaqsam ir-responsabbiltajiet mal-mara tieghu biex anke hu ikun jista imexxi in-negozju tal-familja. -
La jaghmilha haddiehor ghalfejn ma ghandix jirnexxili jien?
Marilu omm ta’ Cikka u Gakki li twirled ftit gimghat ilu. Lil-Marilu nafuha bhala artista u mara ta passjoni kbira ghal dak kollu li taghmel. Maghha tkellimna fuq il-hsebijiet, bizghat, wegghat u ferh li jgibu maghhom it-tfal. Tirrakkontalna kif irnexxielha tiftah business gdid waqt li kienet tqila u kif taghmel biex tibbilanjca il-hajja kuljum. -
Gwida cara ta’ kif ha ntejbu il-hajja it-tfal taghna.
Ma Davinia Shead minn Wasteserv nitkellmu fid-dettall dwar l-obligi taghna biex nghinu innaqqsu ił-hsara li qed issir lid-dinja. Jista ikun li m’ahniex nirrealizzaw kemm bidliet zghar ser jiggarantixxu hajja ahjar ghat-tfal taghna. Il-hajja illum hija stressanti bil-hafna stimuli li ghandna kif inhi, jekk ha nnaqsu l-arja nadifa, il-postijiet ta’natura u mhux ha nkunu responsabbli, il-hajja ser issir hafna iktar diffcili. Hemm bzonn illi kulhadd ikun ftit iktar responsabbli u nibdew nghinu. -
Ghalfejn m’ghandniex nitraskuraw it-tilqim fuq it-trabi?
Dr Alexandra Camilleri Warne tfehemna b’mod dettaljat pass pass tat-tilqim li rridu naghtu lit-trabi. L-importanza li ma naqbzux tilqim u fejn nistghu naghtuhom. Hafna mard spicca minhabba it-tilqim ghalhekk nitkellmu fuq kull tilqima, l-effetti taghha u anke affarijiet li mhux veri li jinghadu fuq it-tilqim fuq it tfal. -
Fostering u wild gdid. Ghaliex importanti hafna li iz-zewg genituri ikunu fuq l-istess pagna?
Christina Zammit La Rosa hija persuna li titkellem fuq il-fostering minhabba li kellha esperjenzi diversi mal-mara taghha Elaine. Bhalissa ghandhom tifla zghira li ilha maghhom mit-twelid u issa kellhom wild gdid. Christina hija persuna, genwina, trasparenti, b’passioni kbira ghal-dak kollu li taghmel. Storja sabiha hafna li ser tkun ta kuragg u ispirazzjoni ghal-hafna. -
Ghalfejn ma nistghux nifhmu liz-zghazagh taghna?
Iz-zghazagh taghna qed jghixu f’era kompletament differenti minn taghna. Jekk nahsbu fis-social media bisa, diga hija bidla kbira f’hajjithom. Ahna qatt ma nistghu nghidu “ghax jien qatt ma ghamilt hekk!” jew “kieku jien kont nagamel hekk”. Il-hajja u ic cirkostanzi huma kompetament differenti minn dak li ghixna ahna il-genituri. F’dan il-podcast ser nifhmu iktar. -
X’jigri meta nitfghu ir-ritratti tat-tfal taghna fuq il-medja socjali?
Ma Kayne Said u Jeanine Balzan Engerer nitkellmu u nispjegaw sew x’jigri ladarba nitfghu ritratti tat-tfal taghna fuq fb, tiktok, instagram jew pagni ohra tal-medja socjali. Nitkellmu fuq kemm ghandna bzonn ninformaw ruhna fuq kif qed tikber it-teknologija u fuq il-konsegwenzi li jistghu jaffaccjaw it-tfal taghna. Kulhadd jaghmilha b’imbahha lejn it-tfal imma wasal iz-zmien biex nahsbuha darbtejn qabel ma nitfghu ritratt - Laat meer zien