Afleveringen
-
Antonella Axisa titkellem ma' Loranne Vella dwar it-tema tal-klima fil-ktieb tagħha Magna Mater.
Intervista: Antonella Axisa
Mużika: Danjeli Schembri u Justin Galea
Announcer: Sephora Gauci
Direzzjoni: Joe Gatt
Magna™ Mater ta' Loranne Vella huwa pubblikazzjoni Merlin Publishers 2011
https://merlinpublishers.com/product/magna-mater/
Malta/Berlin 2020
-
Elizabeth miexja r-Rabat, sejra lura d-dar tul toroq miksija borra. It-temperaturi Malta qed ikunu iktar baxxi minn qatt qabel. Minn fuq it-tabla tagħha naraw li Elizabeth għandha identità oħra fuq il-Magna. Jisimha Fay Wray, bħall-attriċi fil-film King Kong mis-seklu ta’ qabel. U hija u taħseb dwar Fay Wray, Elizabeth tikteb storja qasira, il-verżjoni tagħha tal-istorja ta’ King Kong.
-
Zijn er afleveringen die ontbreken?
-
Elizabeth, waqt lezzjoni tal-Ġermaniż, tinsab mitlufa thewden dwar l-avvenimenti fiċ-Checkpoint ta’ Bornolmer Strasse nhar id-9 ta’ Novembru 1989, f’dik il-lejla - iktar minn 30 sena ilu - meta nfetaħ il-kanċell bejn Berlin tal-Lvant u dik tal-Punent. Fil-ħolma tagħha Elizabeth tara lilha nnifisha qalb il-folla fuq in-naħa tal-Lvant miexja biex tgħaddi san-naħa l-oħra fejn qed jistenniha, bħal dejjem, André.